Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/12) 1

(“Protezzjoni tal-konsumaturi – Regolament (KE) Nru 1924/2006 – Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa – Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard – Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju – Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess dirett u individwali – Ammissibbiltà – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moritz Hagenmeyer (Hamburg, il-Ġermanja) u Andreas Hahn (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Teufer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u S. Grünheid, aġenti)Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, Z. Kupčová u M. Simm, aġenti)SuġġettTalba għakk-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011, tas-16 ta’ Novembru 2011, li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 299, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.M. Hagenmeyer u A. Hahn għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.