Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Isernia - l-Italja) - proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

(Kawża C-163/10)1

(Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet - Artikolu 8 - Proċedura kriminali għar-reat ta' kalunnja - Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-konfini tal-Parlament - Kunċett ta' "opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet" - Immunità - Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Isernia

Parti fil-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali

Aldo Patriciello

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale di Isernia - Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) - Membru tal-Parlament Ewropew akkużat bir-reat ta' kalunnja wara akkuża falza ta' rappreżentant tal-forżi tal-ordni - Kunċett ta' opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet ta' membru tal-Parlament.

Dispożittiv

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ujoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula minn membru parlamentari Ewropew barra mill-Parlament Ewropew li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħu minħabba r-reat ta' kalunnja ma tikkostitwixxix opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari koperta bl-immunità stipulata f'din id-dispożizzjoni ħlief meta din id-dikjarazzjoni hija evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u ovvja mal-qadi ta' tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.