Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Isernia (l-Italja) fit-2 ta' April 2010 - Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

(Kawża C-163/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Isernia (l-Italja)

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aldo Patriciello

Domanda preliminari

Il-fatt ta' reat attribwit b'mod astratt lill-membru tal-Parlament Ewropew Aldo Patriciello (deskritt fl-akkuża u li l-Parlament Ewropew diġà ħa deċiżjoni ta' immunità favur tiegħu fil-5 ta' Mejju 2009), ikklassifikat bħala kalunnja skont l-Artikolu 368 tal-Kodiċi Kriminali, jikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965?

____________