Language of document : ECLI:EU:T:2013:428





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑537/08)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ fibri mhux kontinwi tal-poliester li joriġinaw fiċ-Ċina — Proroga tad-drittijiet antidumping wara reviżjoni interim parzjali — Rikors għal annullament — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar‑Regolament (KE) Nru1225/2009”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Impriżi li huma produtturi u esportaturi identifikati fir-regolamenti jew ikkonċernati mill-investigazzjonijiet preliminari jew li huma kkonċernati mill-investigazzjonijiet preliminari — Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 893/2008 (ara l-punti 22-29)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-importazzjonijiet ġejjin minn pajjiżi differenti — Applikazzjoni fir-rigward ta’ prodotti li ġejjin minn pajjiżi differenti, li kollha huma s-suġġett ta’ dumping, imma li xi wħud huma involuti fi proċedura ta’ eżami mill-ġdid u l-oħrajn f’investigazzjoni inizjali (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 9.2; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli, 5, 9(2) u (5), 11(3) u 21, Nru 428/2005, Nru 893/2008 u Nru 1225/2009, Artikolu 5, 9(2) u (5), 11(3), u 21;Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/430 (ara l-punti 41-45, 47-52)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 247, p. 1), f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli safejn dan kien ippreżentat minn Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd, NingBo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd, Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat sa fejn dan ġie ppreżentat minn Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd, Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd u Xiake Color Spinning Co. Ltd.

3)

Cixi Jiangnan Chemical Fiber, Cixi Santai Chemical Fiber, Cixi Sansheng Chemical Fiber, Jiangyin Changlong Chemical Fibre, NingBo Dafa Chemical Fiber, Xiake Color Spinning, Zhejiang Waysun Chemical Fiber u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, in solidum, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.