Language of document : ECLI:EU:T:2013:476





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Ecoceane vs AESM

(Kawża T‑518/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Kriterji ta’ selezzjoni — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89(1), u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 131(1), u 135(2)) (ara l-punti 50-53, 75, 113)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 86)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 111)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għar-rikorrent fil-mument li fih jiġi ppreżentat ir-rikors (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 139-143)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, fuq talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi marbuta mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent li jkun ingħata l-kuntratt (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 149(3)) (ara l-punt 165)

6.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340, TFUE) (ara l-punti 171-173)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AESM, tat‑28 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EMSA/NEG/1/2009, dwar kuntratti għal servizzi marbuta mal-intervent ta’ bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi (Lott Nru 2: L-Atlantiku/Il-Kanal Ingliż), kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ecoceane hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM).