Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2011 – Wendelboe vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kwistjonijiet proċedurali – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Rifjut ta’ promozzjoni – Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġiet promossa fl-istituzzjoni tagħha ta’ oriġini – Ilment – Dewmien – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wendelboe (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Bercheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 5 mill-1 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Wendelboe hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 340, 19/11/2011, p. 42.