Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Ġunju 2008 - Mülhens vs UASI - Spa Monopole (MINERAL SPA)

(Kawża T-93/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MINERAL SPA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġuni assoluta għal rifjut - Reputazzjoni - Vantaġġ miksub inġustament mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mülhens GmbH & Co. KG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen u S. Maaßen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. de Brouwer, É. Cornu, E. de Gryse u D. Moreau, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-11 ta' Jannar 2006 (Każ R 825/2004-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Mülhens GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mülhens GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 131 3.6.2006.