Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/663/UE, tal-14 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba għall-kanċellament ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Kołocz śląski/kołacz śląski (IGP)] (notifikata bid-dokument C(2013) 7626)

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq bażi legali żbaljata

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta fid-deċiżjoni kkontestata applikat il-verżjoni l-ġdida tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 1 , li kienet fis-seħħ fid-data ta’ din id-deċiżjoni, minflok ir-regolament il-qadim, ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 2 , li kien fis-seħħ fil-mument tat-talba mressqsa mir-rikorrenti. Għalhekk il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ “tempus regit actum”.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-talba għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament Nru 510/2006 huwa ammissibbli u fondat. F’dan il-kuntest, fost affarijiet oħra, hija ssemmi li hemm żewġ raġunijiet għal kanċellazzjoni (id-denominazzjoni kkontestata hija denominazzjoni ġenerika fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006; iż-żona ġeografika ta’ Schlesien ġiet iddefinita b’mod żbaljat fl-ispeċifikazzjoni tar-reġistrazzjoni) fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 510/2006 u li interpretazzjoni u applikazzjoni differenti ta’ din id-dispożizzjoni kienu jiksru d-drittijiet fundamentali tal-furnara fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1151/2012

Ir-rikorrenti ssostni li r-rikors huwa ammissibbli u fondat, jekk dan jiġi evalwat abbażi tar-Regolament Nru 1151/2012.

____________

1 Regolament (UE) Nru 1151/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).

2 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU 2008, L 335M, p. 213).