Language of document : ECLI:EU:T:2014:85





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2014 — HTTS u Bateni vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑45/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi oħra — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 26)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq — Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 41-45)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri restrittivi — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Neċessità li jiġi rrimedjat immedjatament każ ta’ illegalità flagranti u gravi ħafna — Inklużjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill fid-definizzjoni ġenerali u astratta tal-kriterji legali u tar-regoli ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi — Stħarriġ ġudizzjarju ristrett (Artikolu 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 971/2013; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497) (ara l-punti 50-56)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi fil-kuntest ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni li tannulla l-att mhux qabel l-iskadenza tat-terminu tal-appell — Interess tar-rikorrent li ma jistax jiġi protett mill-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 264(2) TFUE u 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 107(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1154/2013; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661) (ara l-punti 59, 62-66)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.