Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Sales & Solutions vs UASI Wattline (WATTLINE)

(Kawża T-46/14) 1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wattline GmbH (Ruderting, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Flisek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1668/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sales & Solutions GmbH u Wattline GmbH.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. Sales & Solutions GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 78, 15.3.2014.