Language of document : ECLI:EU:T:2015:755





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 –
Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑49/14)

“Indikazzjoni ġeografika protetta – ‘Kołocz śląskiʼ jew ʽKołacz śląski’ – Proċedura ta’ annullament – Bażi legali – Regolament (KE) Nru 510/2006 – Regolament (UE) Nru 1151/2012 – Raġunijiet ta’ annullament – Drittijiet fundamentali”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Regoli sostantivi – Distinzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1151/2012, Artikolu 54; Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006, Artikolu 12) (ara l-punti 26-29)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Limiti – Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li jkunu mmaterjalizzaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti – Ksur – Assenza (ara l-punt 31)

3.                     Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel – Regolament Nru 1151/2012 – Proċedura għall-annullament ta’ reġistrazzjoni – Raġunijiet ta’ annullament – Possibbiltà li jiġu invokati raġunijiet li jikkonċernaw esklużivament il-proċedura ta’ oppożizzjoni – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1151/2012, Artikoli 10, 51 u 54) (ara l-punti 62-64, 67, 81, 82)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Validità – Ksur tad-drittijiet fundamentali – Evalwazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni biss (ara l-punt 87)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/663/UE, tal-14 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba għall-kanċellament ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Kołocz śląski/kołacz śląski (IGP)] (ĠU L 306, p. 40).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.