Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Costantini et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/14) 1

[“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini – Politika soċjali –Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Artikolu 352 TFUE – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni – Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bruno Costantini (Jesi, l-Italja), Robert Racke (Lamadelaine, il-Lussemburgu), Pietro Pravata (Beyne-Heusay, il-Belġju), Zbigniew Gałązka (Łódź, il-Polonja), Justo Santos Domínguez, residenti f’(Leganés, Spanja), Maria Isabel Lemos (Mealhada, il-Portugall), André Clavelou (Vincennes, Franza), Citizens’ Committee “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and independence is a fundamental right !ˮ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Wolfhagen, avukati, u A. Woods, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 7612 finali, tal-5 ta’ Novembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta għal inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini msejħa “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and independence is a fundamental right !ˮ.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bruno Costantini u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 93, 29.3.2014.