Language of document : ECLI:EU:T:2009:221

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla tal-Appell)

tas-26 ta’ Ġunju 2009

Kawża T‑114/08 P

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Terminu raġjonevoli għall-preżentata ta’ talba għal kumpens – Dewmien – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2007, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑21/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Appelli – Kuntest proċedurali – Artikolu 236 KE u Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-persunal – Termini

(Artikolu 236 KE ; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Uffiċjali – Appelli – Termini – Talba għal kumpens indirizzata lil istituzzjoni – Osservanza ta’ terminu raġjonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

3.      Proċedura – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt

1.      Kawża bejn uffiċjal u l-istituzzjoni li jaħdem għaliha jew li kien jaħdem għaliha, dwar kumpens għal dannu, meta toriġina mir-relazzjoni tax-xogħol bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 236 KE u tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal u tinsab, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammissibbiltà tagħha, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni kemm tal-Artikolu 235 KE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE kif ukoll tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Minn dan jirriżulta li r-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 236 KE huma suġġetti għat-termini stabbiliti mill-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, ikun x’ikun is-suġġett tagħhom, għal annullament jew għal kumpens.

(ara l-punt 12)

Referenza: Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 22 ta’ Ottubru 1975, Meyer‑Burckhardt vs Il‑Kummissjoni, 9/75, Ġabra p. 1171, punt 7; Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 17 ta’ Frar 1977, Reinarz vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, 48/76, Ġabra p. 291, punt 10; Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 4 ta’ Lulju 1985, Amman et. vs Il‑Kunsill, 174/83, Ġabra p. 2133, punt 12; Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 4 ta’ Lulju 1985, Culmsee et.vs CES, 175/83, Ġabra p. 2149, punt 12; Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 1 ta’ April 1987, Dufay vs Il‑Parlament, 257/85, Ġabra p. 1561, punt 21; Il‑Qorti tal-Ġustizzja, 7 ta’ Ottubru 1987, Schina vs Il‑Kummissjoni, 401/85, Ġabra p. 3911, punt 9

2.      Id-determinazzjoni tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors hija kwistjoni ta’ liġi. Il-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprovdix terminu preċiż għall-preżentata ta’ talba għal kumpens li tirriżulta mir-relazzjoni ta’ xogħol bejn uffiċjal u l-istituzzjoni li jaħdem għaliha. Bil-kontra, it-terminu għall-preżentata ta’ talba għal kumpens huwa ddeterminat b’rigward taċ-ċirkustanzi fil-kawża, skont il-prinċipju tal-osservanza ta’ terminu raġjonevoli, jiġifieri, b’mod partikolari, l-importanza tal-kawża għall-parti kkonċernata, il-kumplessità tal-kawża, l-aġir tal-partijiet u, b’mod indikattiv, ir-riferenza għat-terminu tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkunsidrat bħala limitu. F’dan ir-rigward, għalkemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkonstata u jevalwa b’mod assolut il-fatti rilevanti, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, sussegwentement dan jikkwalifikhom ġuridikament fid-dawl tal-prinċipju tal-osservanza ta’ terminu raġjonevoli, taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

(ara l-punti 25 sa 27)

3.      Il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tingħata deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat fuq rikors li huwa manifestament inammissibbli jew manifestament nieqes minn kull bażi ta’ liġi tista’ tintuża anki qabel il-preżentata tar-risposta u l-fondatezza tal-użu tagħha mhijiex evalwata fid-dawl ta’ rekwizit ibbażat fuq in-numru ta’ punti mqajma fid-digriet adottat.

(ara l-punt 50)