Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/08 P)1

("Appell- Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-preżentata ta' talba għal kumpens - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Novembru 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-21/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.