Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Marzu 2011 - L-Italja vs KESE

(Kawża T-117/08) 1

"Sistema lingwistika - Avviż ta' pożizzjoni vakanti għar-reklutaġġ ta' Segretarju Ġenerali tal-KESE - Pubblikazzjoni bi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviż ta' pożizzjoni vakanti - Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Artikoli 12 KE u 290 KE - Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Regolament Nru 1"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bermejo Garde, sussegwentement minn M. Arsène, aġenti, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervjenenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti ta' impjieg nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta' Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-KESE, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta' Diċembru 2007, bil-verżjonijiet Germaniża, Ingliża u Franċiża tiegħu (ĠU C 316 A, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-rettifika tal-imsemmi avviż ta' pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta' Jannar 2008 fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża (ĠU C 25 A, p. 19).

Dispożittiv

1)    L-avviż ta' pożizzjoni vakanti ta' impjieg nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta' Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), ippubblikat fit-28 ta' Diċembru 2007, kif rettifikat fit-30 ta' Jannar 2008, huwa annullat.

2)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 116, 9.5.2008.