Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/13) 1

(“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas manifest ta’ setgħat leġiżlattivi tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe (rappreżentanti: inizjalment E. Johansson, J. Lund u C. Lund, sussegwentement E. Johansson u T. Hieber, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, A. Pálfy u G. Szima, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti : B. Ricziová, aġent) u r-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, R. Haţieganu, D. Bulancea u A. Wellman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe.

L-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 112, 14.4.2014.