Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen

(Kawża C-102/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KW

Konvenut: Autonome Provinz Bozen

Domandi preliminari

L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32113 (2010/N) tal-25 ta’ Lulju 2012 għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2016?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

2.1)    L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?

2.2)    L-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat FUE sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?

____________

1 ĠU 2015, L 248, p. 9.