Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – Coca-Cola European Partners Deutschland GmbH vs L.B.

(Kawża C-257/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Coca-Cola European Partners Deutschland GmbH

Konvenut: L.B.

Domandi preliminari

Dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv timplimenta, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 , jekk din id-dispożizzjoni tipprevedi kumpens għax-xogħol ta’ bil-lejl irregolari ogħla minn dak previst għax-xogħol ta’ bil-lejl regolari?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li tipprevedi kumpens għax-xogħol ta’ bil-lejl irregolari ogħla minn dak previst għax-xogħol ta’ bil-lejl regolari hija konformi mal-Artikolu 20 tal-Karta jekk din id-dispożizzjoni tkun intiża li tikkumpensa mhux biss l-effetti negattivi fuq is-saħħa kkawżati mix-xogħol ta’ bil-lejl iżda wkoll l-oneru marbut mad-diffikultà ikbar fl-ippjanar tax-xogħol ta’ bil-lejl irregolari?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.