Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 – ZZ vs EEAS

(Kawża F-11/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit f’impjieg fis-sede tal-EEAS u li tiġi mitmuma l-assenjazzjoni tiegħu f’delegazzjoni tal-UE.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2012 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2012, f’impjieg fis-Sede u li l-assenjazzjoni tiegħu tintemm qabel il-waqt;

jikkundanna l-EEAS sabiex iħallas ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn dak li jirċievi minn meta ġie ttrasferit lejn is-Sede, fl-1 ta’ Settembru 2012 u l-paga preċedenti tiegħu, sal-1 ta’ Settembru 2013, data li fiha huwa seta’ ġie ttrasferit lejn is-Sede fil-kuntest tal-programm ta’ rotazzjoni tal-karigi tal-kapijiet ta’ delegazzjonijiet;sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2012; jikkundanna lill-EEAS għall-ispejjeż.