Language of document : ECLI:EU:T:2010:436





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2010 – Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-415/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18-21)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju - Telf ta’ opportunità li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu li għalih jista’ jingħata kumpens sħiħ fl-ambitu tal-kawża prinċipali jew rikors għad-danni - Nuqqas ta’ natura irreparabbli (Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 31-33, 36)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Telf ta’ opportunità li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp li għalih hija tappartjeni - Ġurisdizzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 37-41)

Suġġett

Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt għall-provvista ta’ kondutturi TF u PF lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.