Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/05)1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi ta' żvilupp, manutenzjoni u assistenza tas-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali 'Agrikultura' - Kriterji ta' għażla u ta' għoti - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni - Assenza ta' żball manifest ta' evalwazzjoni - Prinċipji ta' diliġenza u ta' amministrazzjoni tajba")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Banks u E. Manhaeve, u sussegwentement E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2004 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta' servizzi ta' żvilupp u ta' manutenzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll ta' servizzi ta' assistenza konnessi, intiżi għas-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali "Agrikoltura", u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll wieħed minn ħamsa tal-ispejjeż imġarrba minn Evro Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.

Evropaïki Dynamiki għandha tbati erbgħa minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2005.