Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-202/10 RENV II u T-203/10 RENV II) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Akkomodazzjoni soċjali – Skema ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali – Għajnuna eżistenti – Impenji tal-Istat Membru – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 106(2) TFUE – Definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-202/10 RENV II: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi), Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink, J. de Kok, Y. de Vries u F. van Orden, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-203/10 RENV II: Stichting Woonpunt (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi), Woningstichting Haag Wonen (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink, J. de Kok, Y. de Vries u F. van Orden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u P.J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u L. Van den Broeck, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Meulenbelt u B. Natens, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika permezz ta’ proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Stichting Woonlinie, Woningstichting Volksbelang u Stichting Woonstede, huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-202/10, T-202/10 RENV, T-202/10 RENV II, C-133/12 P u C-414/15 P kif ukoll dawk sostnuti minn Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) fil-Kawżi T-202/10, T-202/10 RENV u T-202/10 RENV II.

Stichting Woonpunt, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl, huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-203/10, T-203/10 RENV, T-203/10 RENV II, C-132/12 P u C-415/15 P kif ukoll dawk sostnuti mill-IVBN fil-Kawżi T-203/10, T-203/10 RENV u T-203/10 RENV II.

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 179, 3.7.2010.