Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Sluiter vs Europol

(Kawża F-34/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Sluiter (Hillegom, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annulament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent bl-impossibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ikoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll tad-deċiżjoni mogħtija fuq ilment tas-7 ta' Jannar 2009 li kkunsidrat infondati l-ilmenti li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________