Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 3 ta' Diċembru 2009 - Iranian Tobacco vs UASI - AD Bulgartabac (TIR 20 FILTER CIGARETTES)

(Kawża T-245/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva TIR 20 FILTER CIGARETTES - Nuqqas ta' ħtieġa ta' interess ġuridiku - Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Iranian Tobacco Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: AD Bulgartabac Holding Sofia (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Maček, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' April 2008 ( Każ R 708/2007-1), dwar proċedimenti ta' revoka bejn AD Bulgartabac Holding Sofia u Iranian Tobacco Co.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Iranian Tobacco Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.8.2008.