Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2013 - Novartis vs UASI (CARE TO CARE)

(Kawża T-68/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tad-29 ta' Novembru 2012 - R 953/2012-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "CARE TO CARE" għal servizzi fil-klassijiet 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 224 657

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________