Language of document : ECLI:EU:T:2015:838





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 –
L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑255/13)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Korrezzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ somma f’daqqa – Pagamenti diretti – Kundizzjonalità – Għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru – Kundizzjonijiet għall-kunsens ta’ organu li jħallas”

1.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005) (ara l-punti 53-56, 119)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet fir-rigward tal-ispejjeż iffinanzjati mill-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005) (ara l-punti 58, 59)

3.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet prattiċi – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 25 u Anness III; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikoli 9, 23 u 25) (ara l-punti 72-76)

4.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Obbligu impliċitu – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 25 u Anness III; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikoli 23 u 25) (ara l-punt 77)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ – Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Ġustifikazzjoni – Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ – Inammissibbiltà (ara l-punti 89, 119)

6.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikoli 3 u 6; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 66) (ara l-punti 97, 101, 109, 182)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata – Korrezzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ somma f’daqqa applikati lill-agrikulturi għal nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti fil-qasam tal-kundizzjonalità – Ksur – Assenza – Ksur tal-prinċipji ta’ legalità, ta’ ċertezza legali u ta’ kooperazzjoni leali – Assenza (Artikolu 4(3) TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikoli 3 u 6; Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 66) (ara l-punti 136-142, 146)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 143)

9.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-regolarità tal-infiq – Evalwazzjoni tal-eżistenza u tal-effettività tal-kontrolli implementati minn Stat Membru – Ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà – Assenza(Artikolu 5(3) TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, premess 5, u Artikolu 7(4), u Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, premessi 4 u 8, u Artikoli 9 u 31(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2111/2003) (ara l-punti 180, 181, 183-185)

10.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru – Korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ 50 % tal-infiq – Ammont li jinkludi somom għall-irregolaritajiet li diġà kienu s-suġġett ta’ korrezzjoni finanzjarja, iżda li ma kinux għadhom totalment irkuprati – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikoli 31 u 32) (ara l-punti 187, 189, 191)

11.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 193)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 67, p. 20), sa fejn hija għandha korrezzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ somma f’daqqa fir-rigward tal-infiq imwettaq mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.