Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2009 - CheapFlights International vs UASI - Cheapflights (Cheapflights)

(Kawża T-460/09)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Cheapflights Ltd (Londra, l-Ingilterra)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta' Awwissu 2009, fil-Każ R 1356/2007-4;

tiċħad l-appell ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tat-22 ta' Ġunju 2007 fil-kuntest tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni B 806 531;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li hija ssir intervjenenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Cheapflights", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Irlandiża "CheapFlights", għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; l-applikazzjoni għat-trade mark Irlandiża "CHEAPFLIGHTS", għal servizzi fil-klassijiet 38, 41, 42 u 44; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Irlandiża "CheapFlights.ie", għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41, 42 u 43; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva internazzjonali "CheapFlights", għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________