Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Settembru 2011 - "Rauscher" Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' tampun)

(Kawża T-492/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: "Rauscher" Consumer Products GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Stütz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 2168/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta tampun, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv

____________