Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Ottubru 2011 - Rousse Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Rousse Industry (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4903 finali, tat-13 ta' Lulju 2011, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry, fil-forma ta' djun mhux imħallsa lill-Istat (għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009), sa fejn din id-deċiżjoni tordna l-irkupru ta' din l-għajnuna mingħand ir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________