Language of document : ECLI:EU:T:2008:47





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Frar 2008 – CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Preżentata tat-talba – Inammissibbiltà – Assoċjazzjoni – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u(3)) (ara l-punti 24-25, 30-33)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tqiegħed f’periklu l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36-43)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 50-52)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu Nru 3240912189, tas-17 ta’ Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) favur iċ-CPEM bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.