Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 – Fédération internationale de football association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-205/11 P) 1

(Appell – Xandir televiżiv – Direttiva 89/552/KEE – Artikolu 3a – Miżuri meħuda mir-Renju Unit dwar l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru – Tazza tad-Dinja tal-futbol – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Motivazzjoni – Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE – Dritt għall-proprjetà)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Fédération internationale de football association (FIFA) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn A. Joachimowicz u J. Stuyck, avukati), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski u J. Beeko, aġenti, assistiti minn T. de la Mare, QC)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 - Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni (T-68/08) li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 295, p. 12).

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 232, 06.08.2011.