Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – DG vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-566/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DG

Konvenut: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-persunal tat-trasportatur tal-ajru stess li jissejjaħ minn sindikat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.