Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/15) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: TMG Landelijke Media BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Menzo Williams (Voorburg, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: R.S. Le Poole u L. Broers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta parzjalment li tagħti aċċess lil M. Willems għal dokumenti relatati mal-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn TMG Landelijke Media BV u Menzo Willems

____________

1 ĠU C 190, 8.6.2015.