Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/15) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Impriża li topera netwerks ta’ rotot bix-xarabanks fir-Regione Campania – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mogħti wara deċiżjoni ta’ qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Regolament (KEE) Nru 1191/69 – Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika – Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 – Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri – Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSTP Azienda della Mobilità SpA (Salerno, l-Italja) (rappreżentanti: G. Capo u L. Visone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, G. Conte u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Asstra Associazione Trasporti (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Malena, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1074 tad-19 ta’ Jannar 2015, dwar l-għajnuna mill-istat SA.35842 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur CSTP (ĠU 2015, L 179, p. 112).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

CSTP Azienda della Mobilità SpA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Asstra Associazione Trasporti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 190, 8.6.2015.