Language of document : ECLI:EU:T:2018:431





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 – CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/15)

“Għajnuna mill-Istat – Impriża li topera netwerks ta’ rotot bix-xarabanks fir-Regione Campania – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mogħti wara deċiżjoni ta’ qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Regolament (KEE) Nru 1191/69 – Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika – Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 – Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri – Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Amplifikazzjoni ta’ motiv imsemmi preċedentement – Ammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(2)]

(ara l-punt 78)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti – Eżami permanenti mill-Kummissjoni mal-Istati Membri – Natura legali fin-nuqqas ta’ konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta’ inkompatibbiltà mas-suq intern

(Artikolu 108(1) u (3) TFUE)

(ara l-punt 80)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport reġjonali – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1191/69 – Miżura li ma tosservax il-kriterji materjali tal-imsemmi regolament – Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida – Obbligu ta’ notifika minn qabel

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1191/69, Artikolu 17(2))

(ara l-punti 92, 106-115, 120)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Assenza ta’ osservazzjonijiet tal-partijiet interessati – Assenza ta’ effett fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ eżami ex officio ta’ elementi mhux invokati espressament – Assenza

(Artikolu 108 TFUE)

(ara l-punt 110)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi li jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Esklużjoni – Kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark – Natura kumulattiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 124-128, 132)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(aa l-punti 141-143)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali – Rwol tal-qrati nazzjonali – Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata – Nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata għall-irkupru ta’ għajnuna illegali – Nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata għal deċiżjoni sussegewenti tal-Kummissjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE)

(ara l-punti 183-190)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Limiti – Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nibtu fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni preċedenti

(ara l-punti 203, 204)

9.      Trasport – Għajnuna għat-trasport – Regolament Nru 1370/2007 – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni għal għajnuna mogħtija b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-regolament, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tranżitorji

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007 ; Regolament tal-Kunsill Nru 1191/69)

(ara l-punti 209-212)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1074 tad-19 ta’ Jannar 2015, dwar l-għajnuna mill-istat SA.35842 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur CSTP (ĠU 2015, L 179, p. 112).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CSTP Azienda della Mobilità SpA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Asstra Associazione Trasporti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.