Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Detmold (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2023 – FL vs Jobcenter Arbeitplus Bielefeld

(Kawża C-397/23, Jobcenter Arbeitplus Bielefeld)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Detmold

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FL

Konvenut: Jobcenter Arbeitplus Bielefeld

Parti oħra fil-proċedura: Stadt Bielefeld

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha permess ta’ residenza għall-finijiet tal-kura u tal-kustodja jista’ jingħata biss lil ġenitur barrani ta’ wild minuri mhux miżżewweġ residenti fit-territorju nazzjonali kemm-il darba l-ġenitur ikollu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha fit-territorju nazzjonali, bil-konsegwenza li ċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ Stat Membru ma għandhomx dritt jiksbu permess ta’ residenza għall-finijiet tal-kura u tal-kustodja ta’ ċittadin tal-Unjoni minuri li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru ospitanti?

____________