Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2023 – Dimas vs Ministerio Fiscal

(Kawża C-402/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dimas

Parti oħra fil-proċedura: Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

L-Artikoli 18 u 21(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni ta’ konsenja ta’ ċittadini nazzjonali, prevista fi trattat bilaterali ta’ estradizzjoni ffirmat bejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u Stat terz, għandha tiġi estiża għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni li ma jaċċettawx l-estradizzjoni mitluba mill-Istat terz minħabba n-nazzjonalità tal-imsemmija ċittadini, meta dawn ikunu jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom ta’ moviment liberu?

Jekk l-Istat Membru tal-Unjoni li tiegħu hija ċittadina l-persuna rikjesta jirrifjuta li joħroġ mandat ta’ arrest għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni ġudizzjarja għall-fatti li għalihom qiegħda tintalab l-estradizzjoni, għar-raġuni li, li kieku din il-persuna kienet ġiet arrestata f’dan l-Istat, hija ma kinitx tkun tista’, minħabba n-nazzjonalità tagħha, tiġi estradita, id-deċiżjoni tal-Istat Membru inkwistjoni fir-rigward taċ-ċittadin tiegħu torbot lill-Istat Membru rikjest fil-kuntest ta’ estradizzjoni mitluba minn Stat terz, meta dan iċ-ċittadin ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru rikjest fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu ta’ moviment liberu?

____________