Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Ġunju 2023 – Proċeduri kriminali kontra PT

(Kawża C-398/23, PT II)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċeduri prinċipali

PT

Domandi preliminari

Hija konformi mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi 1 u mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata 2 , ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-approvazzjoni ta’ ftehim li jtemm proċedura kriminali kontra persuna mressqa quddiem qorti kriminali, huwa meħtieġ il-kunsens tal-persuni l-oħra mressqa quddiem qorti kriminali u tal-avukati difensuri tagħhom jekk il-proċedura tkun tinsab fil-fażi ġudizzjarja, iżda mhux jekk il-proċedura tkun tinsab fil-fażi preliminari?

Hija konformi mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 48(2) u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-possibbiltà ta’ persuna mressqa quddiem qorti kriminali li ftehim konkluż minnha (li bis-saħħa tiegħu tkun suġġetta għal piena iżgħar) jiġi eżaminat fil-mertu mill-qorti hija limitata mill-ħtieġa li jinkiseb il-kunsens tal-partijiet l-oħra mressqa quddiem qorti kriminali?

Hija konformi mal-Artikolu 6(3) u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali 1 , ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 47(1) u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tali limitazzjoni bħala konsegwenza tal-għoti lill-persuna mressqa quddiem qorti kriminali ta’ informazzjoni ddettaljati dwar l-akkuża?

____________

1     ĠU 2006, L 153M, p. 94.

1     ĠU 2008, L 300, p. 42.

1     ĠU 2012, L 142, p. 1.