Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – INC u Consorzio Stabile Sis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/19) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Awtostradi Taljani – Estensjoni ta’ konċessjonijiet għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet – Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Limitu tal-ispejjeż tat-tariffi tat-triq – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Artikolu 106(2) TFUE – Rikors ippreżentat minn kompetitur tal-benefiċjarju – Abbandun tal-proġett ta’ għoti tal-għajnuna mill-Istat Membru – Proġett li ma jistax jiġi implimentat kif approvat – Annullament li ma jagħtix benefiċċju lir-rikorrenti – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: INC SpA (Turin, l-Italja), Consorzio Stbaile Sis (Turin) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis u G. Tzifa, avukati)

Konvenut(a)(i): Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek, D. Recchia u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 2435 final, tas-27 ta’ April 2018, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija għall-finijiet tal-pjan ta’ investiment dwar l-awtostradi Taljani (Każi SA.49335 (2017/N) u SA.49336 (2017/N)),

Dispożittiv

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn INC SpA u minn Consorzio Stabile Sis SCpA.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti minn INC u minn Consorzio Stabile Sis.

INC u Consorzio Stabile Sis għandhom ibatu nofs l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 93, 11.3.2019.