Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Ashworth et vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-720/19 sa T-725/19) 1

(“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Modifika tal-iskema ta’ pensjoni komplementari volontarja – Nota ta’ ffissar tad-drittijiet tal-pensjoni komplementari volontarja – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Kompetenza tal-Bureau tal-Parlament – Drittijiet miksuba li li qedin jinkisbu – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Richard Ashworth (Lingfield, ir-Renju Unit) u l-ħames rikorrenti oħra li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Grosjean, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, M. Ecker u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament li jinsabu fin-noti ta’ ffissar tad-drittijiet tal-pensjoni komplementari volontarja tar-rikorrenti, sa fejn dawn jikkonsistu fl-istabbiliment, għall-pensjonijiet stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2019, ta’ tnaqqis speċjali ta’ 5 % mill-ammont nominali tal-pensjoni, imħallas direttament fil-fond ta’ pensjoni komplementari volontarja, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-720/19 sa T-725/19 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Richard Ashworth u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 413, 9.12.2019.