Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – QX World vs EUIPO – Mandelay (SCIO)

(Kawża T-86/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea– Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SCIO – Trade mark mhux irreġistrata preċedenti SCIO– Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(3) tar-Regolament 2017/1001) – Artikolu 71(1) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 72(1) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QX World (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) (Szigetszentmiklós, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Luszcz, C. Sár u É. Ulviczki, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 1312/2019-5), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Qx World u Mandelay.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 hija annullata.

Qx World Kft, l-EUIPO u Mandelay Kft għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 114, 6.4.2020.