Rikors ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2010 - El Corte Inglés vs UASI - Pucci International (PUCCI)
(Kawża T-39/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. López Camba, J. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Emilio Pucci International B.V. (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 173/2009-1;
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti;
tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "PUCCI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 28
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet Spanjoli tat-trade mark figurattiva "Emidio Tucci", għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 25 u 28; reġistrazzjoni Spanjola għat-trade mark verbali "E.Tucci", għal prodotti fil-klassi 25; applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva "Emidio Tucci", li tkopri, b'mod partikolari, prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 25 u 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma kkonkludiex li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni huma sodisfatti, peress li t-trade mark preċedenti għandha reputazzjoni fi Spanja fir-rigward ta' artikoli tal-moda u l-użu ta' sinjal li jixxiebah minn terz ikun ta' ħsara u jieħu vantaġġ inġust minn tali reputazzjoni.
____________