Language of document : ECLI:EU:T:2013:457





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Keramag Keramische Werke et vs Il‑Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑379/10 u T‑381/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Belġjani, Ġermaniżi, Franċiżi, Taljani, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijaċi tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 34, 331, 332, 339, 340, 345)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 65 u 66) (ara l-punt 40)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 41, 286, 287)

4.                     Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punt 44)

5.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 51-59, 91, 92, 135, 150, 221, 282)

6.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Kundizzjonijiet — Natura suffiċjenti, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr tbegħid pubbliku jew denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 70‑73, 77, 82, 136)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikoli 101(1) TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 95-97)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Produzzjoni mill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra implikati — Valur probatorju (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 99-108)

9.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Osservanza tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Portata (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2)) (ara l-punti 116, 161, 261-266)

10.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju ta’ replika — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 205)

11.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm — Interess leġittimu li ssir il-konstatazzjoni — Rilevanza biex jinftiehem il-funzjonament tal-akkordju fl-intier tiegħu (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 249-253)

12.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Osservanza tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni ċara tal-partijiet li tista’ tikkawża l-impożizzjoni ta’ multa u tal-kwalità kkunsidrata sabiex timplikahom (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 267, 268, 301)

13.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligu tal-kumpannija parent li tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ tmexxija fuq is-sussidjarja tagħha (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) (ara l-punti 298‑300, 302-304, 310-312, 316, 320)

14.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Parteċipazzjoni ridotta — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punt 352)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ ksur fl-intier tiegħu (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 21 sa 23) (ara l-punti 357, 361)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-punt 6 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fih tikkonkludi li, minn naħa, Allia SAS u Produits Céramique de Touraine SA pparteċipaw fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Franċiż għal perijodu inkluż bejn il-25 ta’ Frar 2004 u d-9 ta’ Novembru 2004 u, min-naħa l-oħra, Pozzi Ginori SpA ipparteċipat fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan għal perijodu minbarra dak inkluż bejn l-14 ta’ Mejju 1996 u d-9 ta’ Marzu 2001.

2)

L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni C (2010) 4185 finali huwa annullat sa fejn l-ammont totali tal-multa imposta fuq Keramag Keramische Werke AG, fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH, fuq Koninklijke Sphinx BV, fuq Pozzi Ginori SpA u fuq Sanitec Europe Oy taqbeż EUR 50 580 701.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Keramag Keramische Werke, Koralle Sanitärprodukte, Koninklijke Sphinx, Allia, Produits Céramique de Touraine, Pozzi Ginori u Sanitec Europe għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom stess.

5)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Keramag Keramische Werke, minn Koralle Sanitärprodukte, minn Koninklijke Sphinx, minn Allia, minn Produits Céramique de Touraine, minn Pozzi Ginori u minn Sanitec Europe, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.