Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 taʼ April 2013 – DTM Ricambi vs UASI– Star (STAR)

(Kawża T-199/13)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: DTM Ricambi Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: V. Catelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Star SpA (Lodi, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 124/2012-1 u tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “STAR”, li għaliha saret applikazzjoni bin-Nru 5878038, fil-klassijiet 7, 9 u 12;

tikkundanna lil Star għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, fir-rigward tal-proċedimenti li saru quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “STAR” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 12

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Star Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja bl-element verbali “STAR” għal prodotti fil-klassi 39, trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali bl-elementi verbali “STAR LODI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 38, 39 u 42Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:–    assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni–    “Dilution” tat-trade mark preċedenti