Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 taʼ April 2013 - Imax vs UASI - Himax Technologies (IMAX)

(Kawża T-198/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imax Corporation (Mississauga, il-Kanada) (rappreżentanti: V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Himax Technologies, Inc. (Tainan County, it-Tajwan)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Jannar 2013, fil-Każ R 740/2012-5; u

tikkundanna lill-konvenut, u jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "IMAX" għal prodotti fil-klassijiet 9, 41 u 45 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 9 392 556

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet ta' trade mark Komunitarja Nru 4 411 658 u Nru 4 411 641 tat-trade mark figurattiva "Himax" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________