Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-41/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: R. Adam u P. Ketter, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jxolji l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat tar-rikorrenti u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jxolji l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat tar-rikorrenti;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment;

jiddeċiedi l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fi ħdan il-Parlament Ewropew;

sussidjarjament u fil-każ li t-Tribunal iqis li ma jista’ jkun hemm l-ebda assenjazzjoni mill-ġdid, rispettivament li tali assenjazzjoni mill-ġdid ma hijiex la fl-interess tar-rikorrenti u lanqas fl-interess tal-Parlament Ewropew, jiddeċiedi li l-Parlament Ewropew jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ danni materjali evalwat għal 36 xahar ta’ paga, jew inkella għal kwalunkwe ammont ieħor ikkalkolat ex aequo et bono kif ukoll danni morali ta’ EUR 15 000;

fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-Parlament għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 15 000 bħala danni morali;

jirriserva għar-rikorrenti d-drittijiet, il-mezzi, il-motivi u l-azzjonijiet kollha l-oħra, u b’mod partikolari dak li titlob danni addizzjonali għad-dannu subit minħabba l-aġir illegali tal-Parlament u li tipproduċi provi oħra jew issejjaħ xi xhieda;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tal-avukati sostnuti mir-rikorrenti.