Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2014 – Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI – Thermofilm Australia (HEATSTRIP)

(Kawża T-184/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HEATSTRIP – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH (Sauerlach b. München, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thermofilm Australia Pty Ltd (Melbourne, l-Awstralja) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1956/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thermofilm Australia Pty Ltd u Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Thermofilm Australia Pty Ltd.