Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Mische vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-641/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Reklutaġġ mill-Parlament u trasferiment simultanju għall-Kummissjoni - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Appell manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Holland, J. Mische and M. Velardo, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : A.F. Jensen u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tad-29 ta' Settembru 2011, Mische vs Il-Kummissjoni (F-70/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell sa fejn huwa indirizzat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tad-29 ta' Settembru 2011, Mische vs Il-Kummissjoni (F-70/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) peress li ċaħdet it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Novembru 2004 sa fejn tiffissa l-klassifikazzjoni ta' Harald Mische fil-grad A*6.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud

Harald Mische huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1 - ĠU C 49, 18.2.2012.