Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Solberg vs OEDT

(Kawża F-124/12) 1

(Servizz pubbliku – Ex membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentant: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx.Dispożittiv tas-sentenzaIr-rikors ta’ U. Solberg huwa miċħud.U. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).