Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2024 – SMT vs EUIPO – Pies u Rixen (Materjal tal-kostruzzjoni)

(Kawża T-220/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SMT GmbH (Reutlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Seifried, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerrit Pies (Solingen, il-Ġermanja), Wolfgang Rixen (Solingen)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Materjal tal-kostruzzjoni”– Disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 222 070-0006

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 2163/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 6(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 8(1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 8(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 4(2) u mal-Artikolu 6(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________